Tahrig lill-Membri permezz tal-Progett tal-Erasmus+ |
Il-Kumitat tat-Tmexxija tal-Koperattiva Produtturi taz-Zebbug Limited qed jinforma lill-membri illi se jsir tahrig lill-membri tal-Koperattiva fl-Italja f'Marzu 2025. Dan it-tahrig huwa dwar il-kultivazzjoni tas-sigar taz-zebbug u se jsir fuq perjodu ta' 5 ijiem, fejn ikun hemm madwar 6 sieghat ta' tahrig kuljum. Dan it-tahrig huwa parti minn progett tal-Erasmus+ li huma fondi tal-Unjoni Ewropeja. Dan il-progett intrebah b'mod kompettitiv, u dan huwa konferma kemm il-Koperattiva tahdem ghall-membri taghha u sabiex nuru kemm hemm vantaggi li persuna tkun membru fil-Koperattiva Produtturi taz-Zebbug Limited. Il-Grupp li se jinghata t-tahrig huwa kompost minn 12 il-persuna u ghalhekk qed jigu milqugha applikazzjonijiet ghal-dawk li huma interessati li jiehdu sehem. L-ghazla se ssir fuq il-bazi ta' first come first served. Wara li jigu milqugha l-applikazzjonijiet, ssir laqgha sabiex jinghata aktar taghrif u jigu ffirmati dokumenti kollha ta' kull partecipant. L-applikazzjonijiet qed jigu milqugha sa' nhar it-Tnejn 15 ta' Lulju, 2024 sas-6.00 p.m. Dan it-tahrig huwa minghajr hlas. Sabiex wiehed japplika ghandu jimla l-applikazzjoni annessa u jibghata fuq l-email: kpzmalta@gmail.com
Tislijiet
Kumitat tat-Tmexxija Koperattiva Produtturi taz-Zebbug Limited
|