00356-79493556

context.single_news.title

Tahdita dwar iz-Zebbug

Oct. 3, 2025

L-Għaqda Storja u Kultura Birżebbuġa u l-Kunsill Lokali Birzebbuga ser norganizzaw taħdita pubblika dwar iż-Żebbuġ nhar il-Ġimgħa, 10 ta’ Ottubru, 2025 fis-7:00 pm fil-Ġnien tal-Qajjenza, faċċata ta’ Għar Dalam ħdejn il-gunpost.

Nistiednukom tattendu għal din l-attività kulturali li għandha għan li tqajjem iktar għarfien dwar iż-Żebbuġ, il-valur tiegħu u r-rwol tiegħu fil-komunità tagħna.  It-tahdita se tinghata mill-President tal-Koperattiva Produtturi taz-Zebbug Limited Jimmy Magro.

Il-Koperattiva qed theggeg lill-membri sabiex jattendu.  Nirringrazzjakom mill-qalb u nittamaw li narawkom fostna.