00356-79493556

context.single_news.title

Festival taz-Zejt taz-Zebbuga

Nov. 19, 2025

 

Lill-Membri tal-Koperattiva Produtturi taz-Zebbug Limited

 

Festival taz-Zejt taz-Zebbuga

 

Il-Kumitat tat-Tmexxija diga kellu l-opportunita li jinforma lill-membri dwar il-proposta sabiex jigi organizzat il-Festival taz-Zejt taz-Zebbuga.  Bhalissa qed isiru tahditiet mal-stakeholders interessati sabiex dan il-Festival jigi organizzat u jkun hemm il-partecipazzjoni shiha tal-produtturi taz-zejt sabiex jesebixxu il-prodotti genwini taghhom.  Ahna lkoll kburin bil-kwalita taz-zejt taz-zebbuga taghna u ghalhekk kull membru ghandu jkun min ta' quddiem biex jiehu sehem.

 

Id-data li qed tkun proposta hija nhar il-Hadd 17 ta' Mejju, 2026.

 

Dan il-Festival ikun attrazzjoni ghall-familja kollha ghaliex ikun hemm attivitatijiet u attrazzjonijiet li jolqtu diversi setturi u interessi tal-familja Maltija.  Ghalhekk huwa mistenni li jkun hemm attendenza sabiha mill-pubbliku.

 

Kull membru jista jkollu stand fil-Festival minn fejn ikun jista jsir bejgh taz-zejt taz-zebbuga li jkun maghmul minn zebbug ta' Malta u li jkun inhadem hawn Malta.  Iz-zejt taz-zebbuga ghandu jkun mill-istagun tas-sena 2025.

 

Kull membru jista jirregistra kif gej:

 

i.  jimla il-formola li tinsab fuq din il-link:

https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSf26l1YQacqbFmiPSV60qq_ytV7RBYB9Ee3I-8TDIZK4_DMiA/viewform?usp=sf_link

 

2.  jibghat email fuq kpzmalta@gmail.com

 

3.  icempel/messagg/whatsapp fuq in-numru 79493556

 

Inheggu lill-membri kollha sabiex jiehdu sehem f'dn il-Festival ghaliex wara kollox dan qed isir ghal gid tal-membri.  Huwa mistenni li f'Jannar 2026 issir laqgha mal-membri sabiex issir diskussjoni dwar il-Festival.

 

Grazzi tal-koperazzjoni tieghek u nibghatulek l-isbah tislijiet

 

Kumitat tat-Tmexxija

kpzmalta@gmail.com

www.kpz.com.mt

19 ta' Novembru, 2025